Nadim Mharam Abdul Gader Mharam, ta’ 39 sena u residenti ż-Żejtun, inżamm arrestat wara li ma ammettiex li fi tmiem il-ġimgħa li għadda sawwat lis-sieħba tiegħu b’lasta ta’ xkupa.
Hu kien akkużat ukoll li żamm lill-mara kontra r-rieda tagħha, li weġġagħha ħafif, li heddidha, li kiser il-kundizzjonijiet marbuta mal-ħelsien mill-arrest u li kiser sentenza tal-Qorti.
Il-Prosekuzzjoni, immexxija mill-Ispettur Audrey Micallef, qalet li l-koppja ilha f’relazzjoni għal dawn l-aħħar sentejn, kif ukoll li l-akkużat kien diġà nstab ħati ta’ vjolenza domestika fil-konfront tagħha qabel dan il-każ.
Min-naħa tiegħu, l-Avukat Simon Micallef Stafrace, li qed jidher għall-akkużat, qal li jum qabel il-każ, il-koppja marret tixtri flimkien.
Filwaqt li ordnat divjet fuq il-mara il-mara, u li isem ir-raġel jista’ jissemma’ ladarba dawn ma kienux miżżewġin u ma jgħixux flimkien, il-Maġistrat ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>