Julian Assange, il-fundatur ta’ Wikileaks li kien ippubblika eluf ta’ dokumenti klassifikati tal-Istati Uniti bejn l-2010 u l-2011, jista’ ikun estradit mir-Renju Unit lejn l-Istati Uniti, skont deċiżjoni li ttieħdet minn Qorti Għolja sigħat ilu.
Dan meta l-Istati Uniti rebħet appell kontra digriet li kien ingħata f’Jannar li għadda minn qorti fir-Renju Unit – u meta l-qorti partikulari kienet iddeċidiet li Julian Assange ma setax ikun estradit minħabba tħassib dwar is-saħħa mentali tiegħu.
L-imħallfin fir-Renju Unit, intant, ‘serrħu rashom’ mill-wiegħdiet tal-Amerikani biex inaqqsu r-riskju li Assange jikkommetti suwiċidju. Madankollu, it-tfajla ta’ Assange qalet li hi u s-sieħeb tagħha kienu qed jikkunsidraw appell ieħor f’dawn iċ-ċirkustanzi.
L-imħallfin mal-Qorti Għolja fl-Ingilterra qablu li l-imħallef li konfermat id-deċiżjoni ta’ Jannar kienet ibbażat ‘fuq is-sogru li Assange ikun qed jinżamm taħt kundizzjonijiet mill-aktar restrittivi fil-ħabs, f’każ li hu jispiċċa trasferit lejn l-Istati Uniti’.
Sadanittant, l-awtoritajiet Amerikani, wara, taw assikurazzjonijiet li Assange mhux se jiffaċċja miżuri daqstant stretti ‘dment li, hu, ‘il quddiem, ma jwettaqx xi azzjoni li timmerita dik il-piena’.
//= $special ?>