Lokali

Saċerdot ta’ dixxendenza Maltija kundannat 15-il sena ħabs fl-Awstralja

Ġie fi tmiemu każ sensittiv ħafna ta’ pedofelija li seħħ fis-snin Tmenin fi New South Wales; storja li fiċ-ċentru tagħha kien hemm is-saċerdot Anthony Caruana.

Dan il-qassis ġie kundannat 15-il sena ħabs wara li instab ħati li kkorrompa u abbuża numru ta’ studenti, illi kellhom madwar 12-il sena. Il-każijiet seħħew bejn l-1982 u l-1989 fi skola tas-subien f’Burradoo.

 Il-Qorti qalet li Caruana, li llum għandu 80 sena, abbuża mill-pożizzjoni tiegħu.

Ritratt: ABC News