Wara waqfa ta’ sentejn, fl‑intrata tal‑Parlament ta’ Malta fil‑Belt Valletta, id‑Dar tal‑Providenza qed ittella’ wirja ta’ 106 biċċa xogħol tal‑arti ġentilment mogħtija minn 84 artisti Maltin u barranin. Dawn ix‑xogħlijiet se jiġu rkantati online b’risq id‑Dar fl‑1 ta’ Jannar li ġej bħala parti mill‑Festa ta’ Ġenerożità.
Din il‑wirja, li se tibqa’ sejra sas‑26 ta’ Diċembru, hija miftuħa għall‑pubbliku bejn id‑9:00am u l‑5:00pm mit‑Tnejn sal‑Ġimgħa u bejn id‑9.00am u n‑nofsiegħa is‑Sibt u l‑Ħadd. Wieħed ikun jista’ jidħol jara din l‑esibizzjoni billi jippreżenta l‑Karta tal‑Identità kif ukoll iċ‑Ċertifkat tal‑Vaċċin.
Kulħadd jista’ jieħu sehem ukoll fl‑irkant tal‑1 ta’ Jannar u għal min hu interessat hemm iI‑katalgu tax‑xogħlijiet kollha flimkien ma’ informazzjoni dwar l‑irkant online fuq www.dtpauction.com jew www.belgraviaauctions.com.
L-irkant online se jkun qed jitmexxa minn Belgravia Auctions.
