Coronavirus Lokali Saħħa

111-il każ ġdid ta’ COVID-19

Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 111-il każ ġdid ta’ COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 67 persuna biex b’hekk il-każi attivi f’Malta u f’Għawdex bħalissa jammontaw għal 1,408.

Skont l-aħħar aġġornatament fuq Facebook l-Awtoritajiet ħabbru li l-pazjenti rikoverati fl-isptar Mater Dei naqsu għal 21 meta ħarġu mill-isptar żewġ persuni. Dan filwaqt li fl-ITU għad hemm tliet persuni li għandhom kumplikazzjonijiet bis-sintomi tal-Coronavirus.

Fl-aħħar sigħat, ħadd ma tilef ħajtu bil-virus biex b’hekk l-ammont totali ta’ imwiet bil-virus jibqgħu jammontaw għal 470.