Futbol Sport

Floriana jkomplu bil-mixja pożittiva

Matthias Mizzi

Santa Lucia………..1

Floriana…………….3

Santa Lucia: J. Archibald, A. Prates, J. Pisani, N. Pulis, G. Conti (46’ V. Plut), P. Silva Mota (46’ J. Tanti), A. De Silva Souza, F. Rodrigues, V. Filho, J. Zerafa, D. Xuereb

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend, C. Rutjens, Z. Cassar, K. Keqi, J. Arias, A. Ciolacu (73’ A. Caseres), B. Paiber, E. Callegari, J. Busuttil (59’ D.Agius), R. Camenzuli

Imwissija: 23’ C. Rutjens, 27’ A. Prates, 45’ F. Rodrigues, 62’ J. Zerafa, 63’ K. Keqi, 72’ J. Arias, 77’ D. Xuereb, 82’ A. De Silva Souza, 90 + 2’ J. Tanti

Imkeċċija: 83’ A. De Silva De Souza

Skorjaw: 15’ J. Busuttil, 26’ K. Keqi, 55’ V. Plut, 78’ B. Paiber (PEN)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Jurgen Spiteri & James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Darryl Agius

BOV Plejer tal-Logħba: Kristian Keqi

Floriana komplew bil-mixja pożittiva meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lit-tim min-naħa t’isfel tal-klassifika St. Lucia f’partita ddominata għalkollox mill-greens. Fl-ewwel nofs siegħa logħob Floriana kienu diġà fil-vantaġġ b’żewġ gowls. L-ewwel gowl jasal mal-kwarta logħob permezz ta’ Jan Busuttil wara kross fil-baxx ta’ Andre  Ciolacu. Ħdax-il minuta wara, l-attakkant prolifiku Kristian Keqi rdoppja l-iskor f’lasta vojta.

Fit-tieni taqsima Floriana baqgħu jiddettaw il-logħba iżda fil-55 minuta St. Lucia naqsu l-marġni tal-iskor wara li s-sostitu Vito Plut wiċċ imb’ wiċċ mal-gowler ma żbaljax. Fis-77 minuta Floriana ġew mogħtija penalty wara li Dexter Xuereb deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru Brandon Paiber ma falliex billi tefa’ l-ballun naħa u l-goalkeeper naħa oħra. Sitt minuti wara St. Lucia spiċċaw b’raġel inqas wara li l-Brażiljan Alan De Silva De Souza ġie muri l-karta s-safra għat-tieni darba ħabba kummenti kontinwi ta’ protesta. Għaldaqstant St. Lucia baqgħu ankrati fl-aħħar żewġ pożizzjonijet tal-klassifika u Floriana jkomplu jiġġieldu ma’ ta’ fuq.