Lokali

Għada l-finali ta’ Miss Universe – Jade Cini tirrapreżenta lil pajjiżna

Għada f’Iżrael, ssir il-finali tal-konkors Miss Universe li fih qed tipparteċipa l-mudella Maltija Jade Cini.

Il-Ġimgħa, fil-preliminari, Jade ħadet sehem bil-kostum tradizzjonali li kellu t-timbru ta’ pajjiżna. Kienet hi stess li ħarġet bl-idea ta’ dan il-kostum illi inħoloq mid-disinjaturi Christian u Wendy Caruana.

Dan il-kostum fih elementi ta’ knejjes u logħob tan-nar, kif ukoll il-Belt Valletta – u jissimbolizza “Malta Rebbieħa”.