Christopher Guest More Jr li kien qed jiġi mixli bil-qtil brutali ta’ Brian Waters fl-2003 u li fl-aħħar Ħadd ta’ Marzu tal-2020 kien estradit minn Malta lejn ir-Renju Unit f’titjira kkordinata bejn l-Awtoritajiet Ingliżi u dawk Maltin u li fl-aħħar ta’ Marzu tressaq il-Qorti fl-Ingilterra mixli b’14-il akkuża ġie kkundannat għal għomu l-ħabs minn Qorti Ngliża.
More ta’ 43 sena u li huwa minn Lymm, villaġġ li jinsab viċin Manchester kien ilu jiġi mfittex mill-Pulizija għal aktar minn 15-il sena kien maqbud f’Malta wara talba mill-Ingilterra għall-estradizzjoni tiegħu. Fost l-akkużi bihom fil-Qorti ta’ Manchester kienu jinkludu li huwa qatel lil Waters ta’ 44 sena meta flimkien ma’ persuni oħra tah daqqiet ta’ ħadida, attakkah bi ‘staple gun’ industrijali, tah bi frosta u ħarqu bl-aċċtu. Huwa kien għaddih minn tliet sigħat ta’ martirju.
Meta l-Ġimgħa, 10 ta’ Diċembru More irritorna Chester Crown Court għas-sentenza l-ġurati sabuh ħati u ngħata piena ta’ għomor il-ħabs b’terminu minimu ta’ 24 sena. Fis-sentenza, l-Imħallef Peter Openshaw qal: “Il-vittma Brian Waters kien raġel u missier leali u devot, u l-familja tiegħu se tiftakar fih bħala tali.
“Minħabba ftehimiet dwar id-droga li marru ħażin, Waters spiċċa bid-dejn ma’ John Wilson – kriminal ta’ bla ħniena. “Kien determinat li jagħti eżempju bih.” “Wilson skopra li Waters x’aktarx kellu jkun fir-razzett fid-19 ta’ Ġunju 2003 u ordna li attakk iseħħ f’dik il-ġurnata.
“Huwa flimkien ma’ oħrajn; James Raven, Otis Matthews l-imputat u oħrajn li fil-konfront tagħhom għadha ma saritx ġustizzja. “L-attakk kien maħsub biex iwassal messaġġ ċar lil ħaddieħor li jekk tiksirha ma’ John Wilson, se jkun hemm konsegwenzi serji ħafna.”
L-imħallef iddeskriva kif i Waters talab bil-ħniena lill-attakkanti tiegħu biex juru xi ftit tal-ħniena waqt li kien qed jiġi attakkat peress li ma setax jieħu n-nifs, u żied: “Kien tard wisq biex isalvawh, u miet quddiem it-tfal tiegħu stess.” More instab ħati ta’ qtil minn ġurija b’10 voti favur u tnejn kontra f’ġuri li dan sejjer xahar. Il-vittma nqatel f’razzett tal-baqar li ma jintużax, qrib il-junction 19 tal-M6 lejn għal Knutsford, fid-19 ta’ Ġunju 2003.
Kif wasal l-Ingilterra minn Malta More ġie eskortat lejn il-ħabs ta’ HMP Altcourse li jinsab f’Liverpool. John Wilson, James Raven u Otis Matthews kienu ġew ikkundannati għal għomor il-ħabs wara li nstabu ħatja li qatlu lil Waters, b’Wilson u Raven ikollhom iservu mill-anqas 24 sena ħabs, sentenza li kienet ingħatat fl-2004. Matthews irid iservi minimu ta’ 22 sena u kien ingħata s-sentenza fl-2007.
More huwa wieħed mill-irġiel li mar fir-razzett tal-vittma, fejn kien jintuża biex ikabbar d-droga kannabis, u talbu £20,000 li kellu jieħu mingħandu. Dawn it-talbiet kienu ġew miċħuda fejn numru ta’ persuni kienu ġew attakkati, fosthom Waters.
Il-Pulizija Maltija kienet arrestat lil Christopher Guest More Jr b’mandat ta’ arrest Ewropew fis-6 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra, u eventwalment tilef battalja legali biex ma jitbagħatx lura pajjiżu. l-ħidma tal-Pulizija kienet saret taħt sigurtà stretta bl-involviment tal-Aġenzija tas-Servizzi Korrettivi, il-Forzi Armati ta’ Malta u Aviation Security Malta.
//= $special ?>