Tista’ tiffirma l-petizzjoni permezz ta’ din il-link: https://parlament.mt/en/petition?id=146
Jekk interessat tiffirma l-petizzjoni tal-kannabis, issa fadallek l-aħħar ċans għaliex il-petizzjoni tagħlaq għada f’nofsinhar. S’issa diġa hemm madwar 6,000 firma.
53 organizzazzjoni, NGO’S u individwi qed iħeġġu lill-pubbliku jiffirma petizzjoni sabiex il-Parlament jemenda l-abbozz tal-liġi li qed jimbotta l-Gvern biex jillegalizza l-kannabis. Din il-petizzjoni diġà kienet iffirmata minn dawn is-53 organizzazzjoni u individwi li qed jesiġu tibdil f’dak li qed jipproponi Robert Abela. Fost dawn, hemm ukoll il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca.
Il-pubbliku għandu l-opportunità li jiffirma din il-petizzjoni online mill-website tal-Parlament – dan f’appell qawwi biex ikunu appoġġjati s-6 emendi ghal din il-liġi kontroversjali. Din il-petizzjoni kienet iffirmata wkoll mill-Caritas, li b’mod dirett jaħdmu ma’ persuni li jkunu missew mal-vizzju tad-droga. Dwar dan, waqt il-programm Net Live, tkellmet Marica Cassar li spjegat kif kemm il-Caritas u diversi għaqdiet oħrajn ma jaqblux ma’ din il-liġi.
Skont it-53 organizzazjoni u individwu li niedew din il-petizzjoni…il-liġi tal-kannabis kif preżentata mill-Gvern se tistabbilixxi qafas regolatorju dgħajjef li jirriskja li jħalli impatt negattiv kbir fuq is-soċjetà tagħna, speċjalment fost it-tfal, iż-żgħażagħ u l-aktar vulnerabbli.
//= $special ?>