Futbol Sport

Jitħassru xi partiti mill-kampjonati lokali

Il-partita mill-Kampjonat Premier bejn Valletta u Ħamrun Spartans, ġiet posposta minħabba r-riħ u l-maltemp li ħakem lill-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat, maltemp li kkawża ħsarat fl-istands tal-Istadium Nazzjonali u anke tas-Centenary Stadium.

Sussegwentament, anke l-partiti miċ-Challenge League bejn Fgura United u Senglea Athletic kif ukoll dik bejn Marsaxlokk u Naxxar Lions ġew posposti. Intant il-partiti li kellhom jintlagħbu fil-Victor Tedesco Stadium u fit-Tony Bezzina Stadium se jsiru kif skedat.

https://fb.watch/9QlueMQ43x/