Il-Partit Nazzjonalista jappella lill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana biex minnufih titlob sabiex ikun ippubblikat r-rapport tal-Kummissarju tal-Istandards dwar l-allegat ksur ta’ etika.
Iktar mar-rapport jiġi ppubblikat malajr u tittieħed azzjoni kontra Caruana, is-settur tal-edukazzjoni jista’ jimxi ‘l quddiem malajr.
Robert Abela diġà għażel żewġ Ministri tal-Edukazzjoni li ma laħqux l-aspetattivi. Il-PN iħeġġeġ lil Abela biex jieħu s-settur edukattiv aktar bis-serjetà u jsib ministru ieħor addattat minnufih.
Malta għandha bżonn ministru tal-edukazzjoni li jipprijoritizza pagi aħjar għall-għalliema, mhux impjiegi ta’ €5,000 fix-xahar għall-għarus tagħhom.
Dan l-iskandlu wera li Caruana mhix tajba għall-ħajja pubblika, għalhekk jekk Abela verament jemmen li jrid jgħolli l-istandards, għandu minnufih ineħħiha mill-grupp parlamentari tiegħu.
Skont l-istandards baxxi tiegħu stess – bħal fil-każ ta’ Rosianne Cutajar – Abela għandu tal-inqas ineħħi lil Justyne Caruana mill-portafoll li hi responsabbli għalih..
//= $special ?>