Futbol Sport

Juventus miżmuma f’Venezia

(Ritratt: EPA)

Juventus kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Venezia. Kienu Juventus li marru fil-vantaġġ wara 32 minuta permezz ta’ Alvaro Morata. Venezia wettqu reazzjoni tajba u rniexxlhom iġibu l-iskor indaqs fil-55 minuta, permezz ta’ Mattia Aramu.

Milan salvaw punt lejn it-tmiem kontra Udinese f’partita li ntemmet fi draw ta’ 1-1. Beto fetaħ l-iskor għal Udinese wara 17-il minuta. Il-gowl tad-draw ta’ Milan wasal fit-92 minuta fejn kien skorjat minn Zlatan Ibrahimovic.

Fiorentina komplew bil-mument pożittiv tagħhom meta bl-aktar mod faċli għelbu lil Salernitana 4-0. Il-Viola fil-vantaġġ wara 31 minuta permezz ta’ Giacomo Bonaventura. Fiorentina rduppjaw fil-51 minuta permezz ta’ Dusan Vlahovic, bl-istess attakkant Serb jagħmilhom 3-0 fl-84 minuta. Lejn it-tmiem, Youssef Maleh skorja r-raba’ gowl.

SERIE A
Illum:
Fiorentina v Salernitana 4-0, Venezia v Juventus 1-1, Udinese v Milan 1-1 Għada: Torino v Bologna 12.30pm, Verona v Atalanta 3.00pm, Napoli v Empoli 6.00pm, Sassuolo v Lazio 6.00pm, Inter v Cagliari 8.45pm It-Tnejn: Roma v Spezia 8.45pm