L-Assoċazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti qed tappella lill-Gvern biex ikompli jagħti l-wage suppliment lill-ħaddiema tas-settur turistiku u l-qasam tal-ospitalità sa mill-anqas Marzu 2022.
L-MHRA qalet li jekk dan ma jsirx, is-settur se jbati aktar milli qed ibati llum, filwaqt li tenniet li jeħtieġ li l-lukandi u r-ristoranti jingħataw kull sapport li għandhom bżonn.
Il-President tal-MHRA Tony Zahra qal li bħalissa hemm inċertezza kbira fost dan is-settur minħabba li l-każijiet tal-COVID qed ikomplu jiżdiedu u għalhekk appella biex il-Gvern jagħti l-għajnuna neċessarja lis-settur turistiku u l-qasam tal-ospitalità.
Intant fl-aħħar jiem il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo qal ma ‘ Net News li l-pjan għar-realtajiet il-ġodda tal-Covid-19 għadu mhux lest. Dan meta saqsejnih jekk hemmx pjan imħejji għas-sitwazzjoni preżenti li qed taffetwa b’mod partikolari il-bookings fil-lukandi u s-settur turistiku.
L-istqarrija tal-MHRA għalqet billi tenniet li jeħtieġ li l-Gvern jinvesti fis-settur turistiku u jisma’ l-karba ta’ industrija li hija tant kruċjali għall-ekonomija Maltija.
//= $special ?>