Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ l-aħħar Pole Position tal-istaġun

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen se jkun qed jibda fuq quddiem nett fl-aħħar Grand Prix tal-istaġun f’Abu Dhabi wara li għeleb lir-rivali tiegħu Lewis Hamilton li temm fit-tieni post. Kemm Verstappen u anke Hamilton jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika tas-sewwieqa b’369.5 punti u t-tellieqa tal-Ħadd se tkun deċiżiva għar-rebħ tal-Kampjonat.

Fit-tielet post se jkun qed jibda Lando Norris u se jkun segwit minn Sergio Perez. Valtteri Bottas ta’ Marcedes se jkun qed jibda mis-sitt post filwaqt li Charles Leclerc se jibda mis-seba’ pożizzjoni. Yuki Tsunoda u Esteban Ocon se jibdew mit-tmien u mid-disa’ post rispettivament filwaqt li Daniel Ricciardo se jibda mill-għaxar post.

Filwaqt li għal Hamilton dan jista’ jkun it-tmien kampjonat fil-karriera tiegħu, għal Max Verstappen dan ikun l-ewwel kampjonat li rebaħ fil-Formula 1, fejn ikun ukoll qed iwaqqaf id-dominanza ta’ Mercedes u Hamilton li rebħu l-aħħar erba’ kampjonati. Ta’ min wieħed jinnota li din hija biss it-tieni darba fl-istorja li żewġ sewwieqa se jidħlu għall-aħħar Grand Prix b’punti ndaqs, bl-unika darba sseħħ fl-1974 meta Emerson Fittipaldi għeleb lil Clay Regazzoni u lil Jody Sheckter.

Kif se jibdew: 1. M. Verstappen, 2. L. Hamilton, 3. L. Norris, 4. S. Perez, 5. C. Sainz, 6. V. Bottas, 7. C. Leclerc, 8. Y. Tsunoda, 9. E. Ocon, 10. D. Ricciardo, 11. F. Alonso, 12. P. Gasly, 13. L. Stroll, 14. A. Giovinazzi, 15. S. Vettel, 16. N. Latifi, 17. G. Russell, 18. K. Raikkonen, 19. M. Schumacher, 20. N. Mazepin