Mil-lum, jekk ma tilbisx il-maskra, se tingħata multa ta’ 100 ewro. Mil-lum, l-ilbies tal-maskri huwa obligatorju f’kull ħin, mhux biss f’postijiet pubbliċi fuq ġewwa iżda anke fuq barra, anke jekk tkun waħdek, trid tilbes il-maskra.
Din il-miżura, li tħabbret mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne reġgħet daħlet fis-seħħ matul il-jum tas-Sibt. Dan wara li l-Ministru ħabbar li l-varjant Omicron żgur ser jidħol f’pajjiżna fil-jiem li ġejjin.
Dakinhar, Fearne qal ukoll li mhux eskluż li jiżdiedu aktar miżuri jekk jiżdiedu aktar każijiet ta’ nies fl-isptar minħabba kumplikazzjonijiet bil-virus.
//= $special ?>