Internazzjonali

Persuna titlef ħajjitha wara li Spanja tintlaqat mill-maltemp

L-għargħar fi tramuntana ta’ Spanja u n-nofsinhar ta’ Franza ħallew minn tal-anqas vittma wara li l-inħawi ta’ Navarra u l-Baski ntlaqtu minn maltempata kbira li kienet tikkonsisti anki f’borra u silġ.

Il-maltempata ġġib l-isem ta’ Barra, maltempata li ftit tal-jiem ilu kienet qed taħkem il-Gżejjer Brittaniċi filwaqt li issa qed tolqot lil Franza u ‘l Spanja. Huwa mistenni li fil-jiem li ġejjin il-maltemp jersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-Ewropa.  

Fi Spanja kaġun ta’ din il-maltempata villaġġ żgħir fir-reġjun ta’ Navarra spiċċa nqata’ għalih, bl-ilma tax-xmajjar joħnoq anki t-toroq ta’ dan l-istess villaġġ.

Infatti fl-aħħar sigħat ħaddiema tas-salvataġġ ħadmu biex isalvaw għexieren ta’ persuni li nqabdu fil-vetturi u d-djar tagħhom, hekk kif f’zoni, l-ilma tela’ sas-soqfa.