Raġel ta’ 26 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn Toyota Corolla misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti Ħal Qormi u Isuzu Elf, li kien qed jinstaq minn Albaniż ta’ 31 sena. Fl-Isuzu kien hemm ukoll żewġ Albaniżi oħra, ta’ 28 sena u 26 sena.
Ir-raġel ta’ 26 sena ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

