Għalkemm diversi għaqdiet, professjonisti u NGO’s urew it-tħassib tagħhom dwar l-abbozz tal-liġi li ser tinnormalizza l-użu tal-kannabis f’Malta u tiskarta għal kollox l-interess tal-ġid komuni…. Il-Gvern Laburista inmexxi minn Robert Abela qed jagħmel minn kollox sabiex jillegalizza l-użu tal-kannabis f’Pajjiżna .. Filfatt, bħala formalita’ issa jonqosha biss it-Tielet Qari u d-daqqa ta’ pinna tal-President.
Is-Sibt filgħodu Net News żar it-toroq tal-Belt Valletta u staqsa lil diversi persuni x’jaħsbu dwar din il-liġi … b’ħafna minnhom stqarrew li huma kontra l-legalizazzjoni tal-kannabis f’ Malta..
Nies oħrajn li tkellmu magħna esprimew it-tħassib tagħhom dwar il-fatt li jekk tgħaddi din il-liġi, għaż-zgħażagħ kollox ser isir xejn m’hu xejn.. u dan bla dubju ser iħalli impatt negattiv kbir fuq is-soċjetà tagħna, speċjalment fost it-tfal, l-adoloxxenti u l-aktar vulnerabbli..
Intant.. bħalissa għaddejja petizzjoni online fuq il-website tal-Parlament fejn il-pubbliku jista’ jiffirma sabiex il-Parlament jemenda l-abbozz tal-liġi li qed jimbotta l-Gvern biex jillegalizza l-kannabis.