Fl-aħħar sigħat kienu rappurtati 78 każ ġdid pożittivi filwaqt li fiequ 73 persuna oħra. Dan iwassal biex il-każi attivi ta’ COVID-19 f’pajjiżna issa jlaħħqu l-1,396.
Is-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei baqgħet kważi l-istess hekk kif bħalissa hemm 17-il persuna bi tnejn minnhom qegħdin fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fl-aħħar sigħat, fortunatament ma kien hemm ebda fatalità bin-numru ta’ vittmi jibqa’ 471.
Fl-aħħar 24 siegħa ngħataw 2,282 doża tal-booster.
Intant persuni li tkellmu ma’ Net News qalulna li dalgħodu kellhom jistennew għal ħin twil sabiex jingħataw id-doża tal-booster wara li fl-Università ta’ Malta kien hemm kju twil li f’waqtiet laħħaq mas-700 persuna.
//= $special ?>