Rowen Camilleri
VALLETTA………0
ĦAMRUN S………..1
Valletta: A. Guarnone, J. Borg, R. Camilleri, T. Caruana, J. Arthur (J. Zerafa 70’), H. Dilaver, S. Dimech, R. Muscat, E. Sala (L. Campos 77’), C. Prado (E. Beltre 66’), K. Tulimieri
Ħamrun S.: H. Bonello, D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, F. Sasere (J. Corbalan 91’), L. Gambin, K. Micallef, I. Ntow, C. Dielna, E. Marcelina (P. Djordjevic 72’), F. El Bakhtaoui
Imwissija: J. Arthur 33’ (V), L. Gambin 45’, K. Micallef 60’ (Ħ)
Skorjaw: H. Dilaver og 59’ (Ħ)
Referee: Glen Tonna
Assistenti Referees: Luke Portelli u Duncan Spencer
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Faissal El Bakhtaoui (Ħamrun Spartans)
BOV Plejer tal-logħba: Faissal El Bakhtaoui (Ħamrun Spartans)
F’logħba li għal ħinijiet twal ikkontrollaw tajjeb ħafna, Ħamrun Spartans għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk telgħu fit-tieni post b’21 punt, 7 punti taħt il-leaders Hibernians. Kien awto-gowl ta’ Haris Dilaver fid-59 minuta li ta tliet punti prezjużi lill-Ispartans li bihom jistgħu jerġgħu jibdew jaspiraw biex jidħlu fit-tellieqa għar-rebħ tal-kampjonat.
Iċ-champions mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u wara biss żewġ minuti Sasere żmarka ruħu u warra li avvanza prova xutt minn qagħda angulata iżda kien faċli wisq għal Guarnone. Fl-14-il minuta wara inċertezza fid-difiża Beltija il-ballun waqa’ f’saqajn El Bakhtaoui li bix-xellug tefa’ barra. Minuta wara l-istess El Bakhtaoui qassam lil Gambin fil-kaxxa li x-xutt minn barra tiegħu għadda għoli. Għalkemm Ħamrun gawdew il-pusess tal-ballun għal ħinijiet twal, sat-tisfira finali ma’ kien hemm l-ebda azzjoni denja ta’ nota miż-żewġ timijiet u l-ewwel taqsima għalqet bl-iskor ta’ 0-0.
Żewġ minuti mit-tieni taqsima u Ħamrun perikolużi meta Mbong irnexxielu jidħol fil-kaxxa u prova xutt mix-xellug li kien milqugħ parzjalment minn Guarnone u mtajjar mid-difiża. Fis-57 minuta kontra x-xejra tal-logħob Valletta għoddhom ħasdu lil Ħamrun meta minn kontrattakk kien Ciao Prado li ħarab u minn tarf il-kaxxa prova x-xutt li għadda ftit barra. Żewġ minuti wara Ħamrun Spartans fetħu l-iskor meta Faissal El Bakhtaoui inkariga ruħu minn korner, bil-ballun ikun indirizzat direttament fil-lasta u f’tentattiv li jtajjar bir-ras, Haris Dilaver xellef il-ballun fix-xibka. Fid-89 minuta is-sostitut ta’ Valletta Lucas Campos b’ħarba veloċi baqa’ tiela sa tarf il-kaxxa u x-xutt b’saħħtu tiegħu b’xorti tajba għal Bonello ħabat mal-wieqfa u spiċċa barra.
It-tentattivi ta’ Valletta li jippenetraw id-difiża ta’ Ħamrun kienu kollha għal xejn hekk kif Ħamrun żammew il-vantaġġ sat-tisfira finali biex kisbu tliet punti prestiġużi ferm.
//= $special ?>