Tkompli s-saga tal-gideb u abbuż ta’ poter mill-Ministru Justyne Caruana… bil-Kummissarju George Hyzler qed jitlob lil-Pulizija sabiex jinvestigaw dak li jidher li kien każ ta’ ksur tal-kodiċi kriminali. Iżda s’issa… il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa jidher li għadu ma ħa ebda azzjoni.
Il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissarju tal-Istandards George Hyzler sab lill-Ministru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana ħatja li kisret il-kodiċi tal-etika. Dan meta tat kuntratt ta’ 5,000 ewro fix-xahar għal tliet xhur lis-sieħeb tagħha Daniel Bogdanovic.
Bogdanovic kien tħallas €15,000 għal kuntratt ta’ tliet xhur … kuntratt biex iżur l-Iskejjel tal-Istat u jfassal rakkomandazzjonijiet ħalli jtejjeb l-isport f’dawn l-iskejjel. Iżda issa irriżulta li minn dan kollu, Daniel Bogdanovic m’għamel xejn.
Ir-rapport wera li x-xogħol li suppost kellu jagħmel Daniel Bogdanovic sar minn Paul Debattista, wieħed mill-konsulenti ta’ Justyne Caruana. Dan wara li l-istess Caruana pruvat tostor kollox bħallikieku x-xogħol kien qed jagħmlu s-sieħeb tagħha.
Il-Kummissaju George Hyzler irrakkomanda lill-Kumitat tal-Istandards sabiex jippubblika r-rapport li tfassal minnu…. u jirreferi kollox lill-Pulizija. Dan hekk kif kollox jindika li kien hemm ksur tal-kodiċi kriminali; bil-Ministru Justyne Caruana tista’ teħel sa sitt xhur ħabs jekk tinstab ħatja.
Filfatt, ir-rapport ikkonkluda li l-Ministru tal-Edukazzjoni abbużat mill-pożizzjoni tagħha u kisret il-kodiċi tal-etika tal-Ministri billi trattat lil Daniel Bogdanovic b’mod preferenzjali u tagħtu kuntratt ta’ tliet xhur għal xogħol li lanqas biss kien kwalifikat għalih.
Is-Segretarju Permanenti Frank Fabri naqas milli jwieġeb jekk kinitx il-Ministru li imbuttat l-isem ta’ Daniel Bogdanovic biex imexxi l-proġett tal-sports fl-iskejjel. Min-naħa l-oħra Paul Debattista kkonferma li kienet Justyne Caruana li proponiet lil Bogdanovic sabiex ikun hu li jmexxi dan l-istudju li għalih tħallas 15,000 ewro.
Il-kuntratt kien ġie żvelat f’Marzu li għadda, bil-Prim Ministru Robert Abela ….dak iż-żmien…kien qal illi waqqa’ l-kuntratt kontroversajli minnufih. Madanakollu, jidher li Bogdanovic xorta waħda daħħal l-flus li kellu jiehu. Wara li dan il-kuntratt hareg fil-berah, Bogdanovic kompla jaħdem fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni, b’sorsi jisħqu li saħansitra kienu jarawh ma’ Justyne Caruana fil-binja tal-Ministeru, kif ukoll kienu jakkumpanjaw lil xulxin f’xi żjarat fl-Iskejjel.
//= $special ?>