Kunsilli Lokali Lokali

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN jitlob investigazzjoni mill-Kummissjoni tal-Etika

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino kiteb lill-Kummissjoni Dixxiplina u Etika tal-Partit sabiex tibda l-investigazzjoni tagħha fil-konfront tas-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami.

Dan wara li ma ddikjaratx allegat kunflitt ta’ interess.

Ta’ min jinnota li l-Partit Nazzjonalista kien ta’ gwida ċara lis-sindku biex il-Kunsill jivvota kontra dan il-proġett.

Il-Partit Nazzjonalista jtenni li jesiġi l-ogħla standards mill-uffiċjali u dawk kollha li b’mod jew ieħor jirrappreżentawh.