Lokali

Jirranka l-ispirtu tal-Milied u x-xiri tar-rigali

Bernard Grech jiltaqa' man-nies f'Tas-Sliema u mas-sidien tan-negozji

F’temp mill-isbaħ għal dan iż-żmien tas-sena, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qatta’ nofstanhar fil-lokalità ta’ Tas-Sliema fejn hemmhekk kellu l-opportunita jiltaqa’ ma’ dawk kollha li f’dan il-jum ta’ festa ddeċidew li jqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ f’din il-lokalità….filwaqt li jkompli bix-xiri tar-rigali taghhom tal-Milied.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalsita kellu l-opportunita jiltaqa’ ma’ diversi familji li qasmu miegħu bosta hsibijiet dwar dak li ghaddej bhalissa fil-pajjiz, fosthom l-effett li qed tħalli fuqhom l-għoli tal-ħajja.

Ma naqasx ukoll illi dawk kollha li ltaqgħu ma’ Bernard Grech awgurawlu l-isbħat xewqat għal dan iż-żmien tas-sena… żmien fejn kulħadd jingħaqad bħala poplu wieħed. 

Minn naha tieghu, huwa tenna l-apprezzament tiegħu lejn in-nies li kienu qed jagħmlu x-xiri tagħhom hekk kif kollha obdew il-mizuri ġodda marbuta mal-pandemija tal-COVID-19.

Bernard Grech tkellem ukoll mas-sidien ta’ ħwienet fejn seta’ jifhem aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, u tenna li Gvern ġdid immexxi minnu se jkun l-ispalla għan-negozju tagħhom.

Bernard Grech fakkar kif Gvern ġdid Nazzjonalista se jwessa’ l-faxxa ta’ eżenzjoni mill-VAT għal 60,000 ewro, fejn spjega li din tfisser tnaqqis qawwi ta’ burokrazija ….u allura, li s-sidien tan-negozji ikunu jistghu jqattgħu aktar ħin mal-familji tagħhom.

Matul iż-żjara f’Tas-Sliema, Bernard Grech kien akkumpanjat minn martu AnneMarie, mill-Viċi Kap Robert Arrigo, mid-Deputati Karl Gouder u Karol Aquilina, kif ukoll mill-Kandidati għall-Elezzjoni Ġenerali Joe Gi glio, Graziella Attard Previ, Graham Bencini, Mark Anthony Sammut u Emma Portelli Brincat.