Lokali

Mixja b’risq l-annimali abbandunati

“Illum iddedikajna din il-mixja għal pet owners kollha biex inwasslu il-messaġġ li l-annimali tagħna għadna norbtuhom ma qalbna u ma l-ebda ċinga.. anżi katina f’xi bejt jew f’xi garaxx, bitħa jew barra f’xi għalqa. Hemm hekk mhux posthom. Posthom huwa ma’ qalbna.”

Hekk stqarret l-attivista favur id-drittijiet tal-annimali Moira Delia, meta t-Tnejn filgħodu l-Fondazzjoni Real Animal Rights, organizzat mixja nazzjonali b’annimali abbandunati bit-titlu ta’ Orbothom ma’ Qalbek.

Din il-mixja bdiet minn ħdejn il-monument LOVE f’San Ġiljan għal ħabta tal-10 ta’ filgħodu u ntemmet ħdejn it-Torri ta’ Tas-Slema. Il-flus li nġabru matul din il-mixja se jservu bħala għajnuna għas-santwarji kollha ta’ Malta li jilqgħu fi ħdanhom dawn l-annimali abbandunati.

“Ħafna nies ikkuntatjawna .. mijiet.. Aħna nipprovaw ngħinu lil kulħadd iżda d-donazzjonijiet huma li huma.. Għadna bżonn ħafna donazzjonijiet għalhekk qed inqajmu awarness illum..”

Fiona Broome Camilleri, Uffiċjal tar-relazzjonijiet pubbliċi ta’ din il-Fondazzjoni sostniet li f’Malta hawn numru kbir ta’ annimali abbandunati u għalhekk appellat sabiex kull min jixtieq jagħti d-donazzjoni tiegħu lill-Fondazzjoni RAR jista’ jagħmel dan billi jidħol fil-website tagħhom.