Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident f’San Pawl il-Baħar

Raġel ta’ 26 sena weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa fi Triq il-Wileġ.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel mill-Bangladesh residenti Marsaxlokk, waqa’ waqt li kien qed isuq mutur Kymco Agility u ġarrab xi ġrieħi.

Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.