“Il-Festi reliġjużi raw żejda”.
“Double standards”.
“Ma jridux il-festi”.
Dawn kienu uħud mill-messaġġi fuq Facebook wara li fuq il-media socjali, fi tmiem il-gimgha, bdew jidhru ritratti u filmat tar-rassa fil-Belt Valletta.
Fil-fatt, kienu ħafna dawk li wrew id-dispjaċir u r-rabja tagħhom għall-mod kif l-Gvern qed jitratta lid-dillettanti tal-festi, li qed jinzammu milli jsiru… bl-aħħar waħda tkun dik tal-Immakulata Kunċizzjoni ta’ Bormla.
Persuna kiteb li jekk ma jsirux il-festi, mhux se jivvota.
Persuna oħra appellat biex tittieħed azzjoni biex il-kultura Maltija ma tintilfx.
Oħrajn wrew id-dispjaċir tagħhom dwar il-purċissjoni tal-bambin, fejn il-persuni ma jridux jaqbżu l-100, u jridu bilfors ikunu ħadu l-vaċċin.
Ħafna kritikaw il-fatt li f’zoni kummercjali u f’postijiet tad-divertiment mhux qed ikun hemm distanza soċjali… filwaqt li oħrajn qalu li dan kollu huwa aljenazzjoni.
Oħrajn kitbu li r-regoli mhux qegħdin hemm għal kulħadd, b’uħud jiktbu… b’mod sarkastiku… li kienu biss 100 persuna. Meta mistoqsi dwar il-festi esterni, Chris Fearne fl-aħħar jiem farfar din il-materja fuq il-Kurja, bil-Kurja twieġeb li l-protokolli għall-attivitajiet reliġjużi jikkonċernaw biss dak li jsir fil-knejjes u f’postijiet li jintużaw għall-qima reliġjuża u nsistiet li rigward ċelebrazzjonijiet esterni…bħal purċissjonijiet tal-festi, il-Kurja tippermetti li dawn isiru meta u jekk jiġu approvati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.
//= $special ?>