Il-Partit Nazzjonalista qed juri tħassib serju għall-aħbar li għal darb’oħra inqerdet għall-kollox binja ta’ valur storiku, wirt u xhieda tal-ħajja li għexu missirijietna. Dan il-każ seħħ fix-Xewkija, f’Għawdex.
Pajjiżna qed jara’ kostruzzjoni bla rażan fejn l-interess tal-ftit qed jirbaħ fuq is-sens komun.
Il-Partit Nazzjonalista jitlob biex issir inkjesta biex jiġi stabbilit għala kien hemm nuqqas daqshekk manifest fl-Awtoritá tal-Ippjanar li f’dan il-każ kien nuqqas ċar ta’ osservanza tal-policies.
Il-PN diġà kkommetta ruħu li jagħti protezzjoni lill-wirt storiku u soċjali ta’ pajjiżna. Għalhekk filwaqt li jikkundanna dan l-iżvilupp, jerġa’ jtenni l-wiegħda tiegħu lejn żvilupp sostenibbli li jirrispetta l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
//= $special ?>