Coronavirus Lokali

COVID-19: 100 każ ġdid; jiżdiedu l-pazjenti fl-Isptar

It-Tlieta waranofsinhar fuq Facebook, il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li fl-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 100 każ pożittiv ġdid ta’ Covid-19. Dan filwaqt li 90 persuna oħra kienu meqjusin li fiequ. B’hekk it-total ta’ każi attivi issa żdiedu għal 1,406.

Il-Ministeru tas-saħħa ħabbar ukoll li l-ammont ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei għall-COVID-19 issa tela’għal 20 filwaqt li għad baqa’ żewġ pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar sigħat, fortunatament ma kien hemm ebda fatalità bin-numru ta’ vittmi jibqa’ 471.

Tħabbar ukoll li sat-Tnejn ingħataw 158,607 vaċċin tal-booster.