Lokali Qorti

Florinda Sultana u Albert Buttigieg ma kienu nvoluti fl-ebda lista ta’ sanzjonijiet

Bħal ma ħareġ fil-kumpilizzjoni tal-eks plejer tat-tim nazzjonali Malti tal-futbol Darren Debono, mixli b’ħasil li mhuwa nvolut fl-ebda lista ta’ sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropa u l-Ġnus Maqgħuda, l-istess provi ħarġu fil-konfront tat-tifla tar-rispett tiegħu Florinda Sultana u Albert Buttigieg.

Dan jgħodd ukoll fil-konfront tal-kumpaniji ta’ Buttigieg u Sultana. Il-kumpanija li jissemmew fil-konfront tagħha jinkludu World Water Fisheries u r-ristorant fil-Belt Valletta li kien imexxi Debono, Scoglitti, issa msemmi Porticello, f’isem il-kumpanija S1 Catering Limited.

Dan ħareġ mix-xhieda ta’ Neville Aquilina li jinsab fil-Bord ta’ Monitorġġ dwar is-sanzjonijiet. Fuq mistoqsija minn naħa tad-difiża mmexxija mill-Avukat Stefano Filletti, fejn Aquilina kkonferma dan kollu u li qal li hemm persuni oħra anke Maltin li jinsabu fil-lista.

Neville Aquilina qal li xogħol il-Bord hu li jara li s-sanzjonijiet jiġu osservati u tenna li huma jiflu  rapporti li joħorġu mill-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Ewropea. Semma wkoll l-immportanza ta’ dokumenti li nħarġu mill-Ġnus Maqgħquda fosthom wieħed fit-3 Marzu 2018

Huwa ql ukoll li l-Bord kien ilu josserva, sitwazzjoni ta’ kutrabandu fil-Libja. Huma kienu nkwetati wkoll fuq il-fatt li  kumpaniji Maltin setgħu kienu nvoluti fi ksur ta’ sanzjonijiet maħġruġa mill-Kunsiil tas-Sigurta tal-Ġnus  Magħquda.  

Madwar 15-il ruħ, fosthom Darren Debono u Jeffrey Chetcuti kienu ġew arrestati mill-Pulizija f’Novembru tas-sena l-oħra li għadda minn diversi lokalitajiet b’rabta ma’ reati ta’ ħasil tal-flus.  

Magħhom kienu tressqu l-qorti wkoll 15-il kumpanija u ġew akkużati b’reati ta’ ħasil ta’ flus bil-qorti tordna l-iffriżar tal-assi kemm tal-persuni kif ukoll tal-kumpaniji.

L-arresti kienu saru wara xhur ta’ investigazzjonijiet intensivi mill-Iskwadra ta’ Kontra l-Ħasil tal-Flus fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Finanzjarji. Waqt din l-operazzjoni l-Pulizija kienet elevat xejn anqas minn 36 vettura, €60,000 fi flus kontanti, ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u ħwejjeġ tad-ditta, apparat elettroniku li jinkludu fost oħrajn mobiles, kompjuters u servers u ammont kbir ta’ dokumenti li qed jiġu analizzati.  

Aquilina xehed ukoll kemm il-banek huma viġilenti meta l-Istati Uniti tordna sanzjonijiet kif għamlet fil-konfront ta’ persuni u kumpaniji li kisru l-liġi fil-Libja fuq ħasil ta’ flus. Tenna li ħafna mill-banek Maltin jaħdmu bid-dollari Amerikani u għalhekk dawn l-affarijiet jieħduhom bis-serjetà.

Sadanittant meta xehdu Surġent u Kuntistabbli tal-Pulizija li jaħdmu fit-Taqsima tal-RIU l-Avukat Filletti staqsa għaliex meta kienu arrestati Sultana li kienet ma’ persuna maskili fis-1.00am fit-23 ta’ Novembru tas-sena l-oħra, dawn spiċċaw b’pistola ma’ rashom, l-uffiċjali tal-Pulizija ammettew li ħarġu l-armi imma qalu li mhux minnu li ppuntawhom ma’ ras il-persuni li sussegwemenet spiċċaw arrestati.

Is-Surġent Gareth D’Amato qal li huwa minnu li ħareġ arma fil-konfront tax-xufier tal-karozza qabel ma ġie arrestat hu u Florinda Sultana, imma din hija prassi tiegħu u jagħmilha għas-sigurtà tiegħu. Qal li meta x-xufier tal-karozza obda l-ordnijiet tiegħu meta qallu biex ipoġġi jdejh fuq l-isteering, u hu għalhekk neħħa l-pistola.

Il-Kuntistabbli Edmond Galea qal li hu mar fejn Florinda Sultana, li kienet fuq in-naħa tal-passiġġier. Tenna li huwa ħareġ il-pistola u għamilha ma’ sidru, imma ċaħad li ppontaha lejn rasha.

Wara diversi rappreżentanti ta’ banek Maltin ippreżentaw dokumenti b’rabta ma’ kontijiet tagħha u ta’ kumpaniji li kellha rabta magħhom Florinda Sultana.  L-Ispetturi Joseph Xerri, James Turner u Omar Caruana mexxew il-prosekuzzjoni assistiti mill-avukat tal-AĠ Antoine Agius Bonnici. Il-każ qed jinstema’ quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.