L-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete esiġiet mill-ġdid lill-Awtoritajiet tas-Saħħa biex jipproritizzaw b’mod urġenti l-għoti tal-booster tal-vaċċin lil persuni li jgħixu b’kundizzjonijiet kroniċi bħad-Dijabete mingħajr telf ta’ żmien u qabel kwalunkwe età.
Dan hekk il-vaċċin qed jiġi amministrat lil nies mhux vulnerabbli u akbar fl-età hekk kif dawk bid-dijabete t’età żgħira intnesew kompletament mill-Gvern.
Dan bil-kontra ta’ sena ilu hekk kif dawn in-nies ingħataw prijorità u kienu fost l-ewwel li ġew amministrati l-ewwel dożi tal-vaċċin hekk kif kienu kklassifikati bħala “vulnerabbli”.
Għalhekk, l-istqarrija tal-Assoċjazzjoni temmet tappella lill-Gvern biex jieħu l-passi neċessarji biex isejjaħ ‘il-persuni li jgħixu bid-Dijabete għat-tilqima tal-booster mingħajr dewmien, issa li anki l-Ewropa qed tara żieda fil-każi tal-COVID-19 kawża tal-varjant il-ġdid.
//= $special ?>