Fil-parlament ftit minuti ilu, il-Gvern approva li Steward jingħataw iktar miljuni fis-settur tas-saħħa. Dan propju ftit minuti wara li r-rapport tal-Awditur Ġenerali kkonferma nuqqasijiet kbar ta’ trasparenza, kontabbilità u governanza fl-għoti tal-kuntratt mill-Gvern lil Vitals dwar l-isptarijiet.
Dan kien vot kontroversjali li ġab interventi fil-parlament mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u mid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qam biex jagħmel kjarifika u dikjarazzjoni tal-vot dwar il-Ministeru tas-Saħħa iżda l-Gvern oppona li jsir dan. Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu dritt jagħmel dikjarazzjoni tal-vot. Il-Kap tal-PN Bernard Gerch qal li fid-dawl tar-rapport li sar mill-Awdiur Ġenerali, li wera t-tħassib gravi tal-Awditur Ġenerali dwar in-nuqqas ta’ kontabbiltà, trasparenza fl-għoti tal-kuntratt lil Vitals u wara ddikjarazjzoni ta’ Stewrard li l-kuntratt hu lleglai, issa l-fatti huma magħrufa u għalhekk l-Oppoizzjoni se tivvota kontra din il-konċessjoni. Il-vot favur tal-gvern juri li hu favur is-serq sfaċċat, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Id-Depuat Prim Ministru Chris Fearne qal li din hi dikjarzzjoni rresponsabbli mill-Oppożizzjoni u sostna li l-Oppożizzjoni ma tridx li jkun hemm flus għall-pagi tat-tobba u għall-infermiera u ma jkunx hemm servizzi tas-saħħa.
Fuq point of order, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Ministru tas-Saħħa ma għamel ebda dikjarazzjoni tal-vot u żied li bi Gvern Nazzjonalista l-ħaddiema fis-settur tas-saħħa jieħdu l-paga bla ma jinsteraq il-poplu Malti. Dan il-vot għadda b’36 vot tad-deputati Laburisti favur u 27 vot tad-deputati Nazzjonalisti kontra.
Id-deputati Laburisti kollha vvutaw favur din iż-żieda fl-allokazzjoni minkejja l-protest ġudizzjarju li ftit ġimgħat ilu l-Kap tal-PN Bernard Grech u d-deputat Nazzjonalista Adrian Delia ppreżentaw biex jitfgħu responsabbiltà personali fuq id-deputati Laburisti quddiem dan il-vot. Dan wara li l-kumpanija Steward stess iddikjarat li l-kuntratt li ħadet mingħand Vitals kien wieħed illegali u frodolenti.
L-għoti tal-isptarijiet mill-gvern lil Vitals u wara lil Steward hu wkoll is-suġġett ta’ kawża li fetaħ id-deputat Nazzjonalista Adrian Delia li qed isostni li Vitals u Steward kisru l-obbligi kuntrattwali tagħhom u għalhekk l-isptarijiet għandhom jirritornaw lura għand il-poplu Malti. Fin-nofs hemm ukoll il-kwistjoni dwar il-kuntratt ta’ penali ta’ €100 miljun li l-poplu Malti jrid iħallas jekk jitwaqqaf il-kuntratt bejn Steward u l-Gvern. Dan il-kuntratt sar mill-gvern Malti wara li d-deputat Nazzjonalista Adrian Delia fetaħ il-każ fil-qrati Maltin.
//= $special ?>