Lokali

“Il-Ministeru tas-Saħħa u l-Enerġija kien il-kuntest ideali biex il-Vitals tisfrutta d-dgħufijiet tal-Gvern”

L-istqarrija tal-Awditur Ġenerali dwar ir-rapport tal-ħadma tat-3 sptarijiet mqassma fi 8 punti
  1. Konrad Mizzi jonqos milli jattendi għal diversi talbiet li saru mill-Awditur Ġenerali, meqjus bħala falliment serju fil-livell ta’ responsabiltà mistenni mill-eks Ministru Laburista u fl-istandards ta’ governanza tajba li kellu jikkaratterizza proġett materjali u importanti għas-servizzi tas-saħħa nazzjonali.
  2. Il-proċess ta’ negozjar bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare baqa’ mistur minħabba n-nuqqas ta’ dokumentazzjoni miżmuma u perspettivi kunflinġenti ta’ dawk involuti.
  3. Id-diviżjonijiet fil-qasam tal-enerġija u l-investimenti kapitali mal-qasam tas-saħħa fil-Ministeru ta’ Konrad Mizzi ħolqot kuntest ideali u faċli biex il-Vitals tisfrutta d-dgħufijiet tal-Gvern ħalli l-konċessjoni ma titwettaqx, tibqa’ sfida impossibbli u sitwazzjoni irriparabbli għall-Gvern.
  4. Il-wegħdiet kollha tal-Vitals dwar it-titjib mistenni fl-infrastruttura u s-servizzi ma setgħux jintlaħqu minħabba in-nuqqas ta’ ħila tal-Vitals li tassigura finanzjament.
  5. Rappreżentanti tal-Gvern, minn wara dahar il-Kabinett, approvaw diversi waivers ta’ finanzjament, u b’hekk komplew isostnu l-falliment tal-konċessjoni.
  6. Il-bidliet li daħal għalihom il-Gvern fil-qafas kuntrattwali fl-interess biss ta’ Vitals tefgħuh f’pożizzjoni impossibbli biex iżomm lil Vitals responsabbli għal dak li kellu jwettaq.
  7. Fost il-bidliet, kien hemm tnaqqis sinifikanti fis-servizzi li kellhom jiġu pprovduti mill-Vitals mingħajr ma naqqas il-kumpens dovut hekk kif dan żdied u mingħajr ma’ żdiedu n-numru ta’ sodod garantiti għall-użu mill-Gvern.
  8. Il-konċessjoni falliet milli tilħaq l-għanijiet tagħha, kemm fit-titjib tal-infrastruttura tas-saħħa u kemm fil-klassifikazzjoni tal-konċessjoni, bin-nefqa kapitali tal-VGH fuq il-proġett kien reġistrat fuq il-kotba tal-Gvern flok mill-Vitals.