Il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja u l-ħidma tal-eks Ambaxxatur Saviour Borg, li miet ftit tal-jiem ilu.
Fi stqarrija, iffirmata mill-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight, il-Partit Nazzjonalista fakkar fil-ħidma li Borg għamel f’diversi karigi u pożizzjonijiet ta’ importanza.
Hu serva għal żmien twil fil-Korp Diplomatiku bħala Ambaxxatur f’Ġinevra, fiċ-Ċina u fin-Nazzjonijiet Uniti, fejn għamel ħafna ġid lill-poplu li rrapreżenta.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar li Saviour Borg ħadem b’onestà u integrità ma’ kull Amministrazzjoni u Ministru, filwaqt li sawwar u serva ta’ gwida għal ħafna oħrajn li ħadmu miegħu.
Il-Partit Nazzjonalista tenna s-sogħba tiegħu għal din it-telfa nazzjonali u għadda l-kondoljanzi lill-familja ta’ Saviour Borg, fosthom lil martu u uliedhom
//= $special ?>