L-eks President tal-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem, filantropu, negozjant u anke l-eks Chairman tal-PBS, Michael Mallia, miet fl-età ta’ 77 sena.
Matul il-karriera tiegħu, Mallia serva wkoll f’bordijiet ta’ diversi kumpaniji, fosthom tal-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta, kif ukoll fit-tmexxija tal-Kummissjoni tal-Impjiegi u membru fit-Tribunal Industrijali. Hu kien ukoll id-Direttur Maniġerjali tal-kumpanija Multigas.
Barra minhekk, Mallia serva wkoll bħala ċ-Chairman tal-Ghana Mission Foundation, fejn fost l-oħrajn ħadem biex jinġabru l-fondi li wasslu għall-bini ta’ sptar fil-belt ta’ Kumasi.
//= $special ?>