Lokali Qorti

Jitpoġġew taħt att ta’ akkuża fuq każ ta’ raġel li kien jgħaddilhom pagament fuq theddid sesswali

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Monica Vella iddikjarat li hemm biżżejjed provi biex żewġ nisa u żewġt irġiel jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża dwar l-allegat involviment tagħhom f’estorsjoni u theddid fuq laqgħat sesswali. Tant kemm l-vittma kien beżgħan li fil-Qorti qal li kien qed jippjana li jikkommetti suwiċidju.

It-theddid kien isir minħabba li kien isir is-sess bejn il-vittma u żagħżugħ li llum għandu 20 sena. Peress li meta kienu bdew l-atti sesswali l-akkużat kellu 17-il sena flimkien ma’ raġel ieħor u żewġ nisa kienu jhedduh li se jirrapportawh lill-Pulizija, li kien mar ma’ ġuvni taħt l-età.

Il-vittma qal li kien qed jibża’ ħafna miż-żewġ akkużati rġiel u dan għaliex peress li missieru huwa ta’ ċerta età beża’ li jmorru għandu d-dar u jsibu lil missieru u dan jinkwieta ħafna jekk isir jaf bl-istorja. Kienu jitolbu mingħandu s-somma ta’ 150 ewro kull xahar jekk ma riedx li jispiċċa fl-inkwiet. 

Il-Prosekuzzjoni u l-vittma xehedu kif  l-erbgħa kienu jitolbu flus mingħand il-vittma kull xahar għal snin sħaħ, u heddew li jikxfuh jekk ma jħallasx. It-theddid ilu allegatament għaddej mill-ewwel laqgħat sesswali bejn il-vittma li huwa raġel u wieħed mill-akkużati fl-2018.

L-akkużati huma Theresa Agius ta’ 55 sena minn Santa Venera li taħdem f’supermarket, Simon Leyton Rachid ta’ 20 sena, ukoll minn Santa Venera u Kersten Camilleri ta’ 20 sena wkoll, bħalissa residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Ir-raba’ persuna, ”single parent’ mill-Belt, ma tistax tissemma b’ordni tal-qorti, u dan fl-aħjar interess tat-tliet uliedha minuri.

L-Ispettur Lydon Zammit spjega kif il-pulizija bdiet tinvestiga l-każ fit-3 ta’ Diċembru meta l-vittma rrapporta li nsterqitlu l-ġakketta waqt li kien fid-dar ta’ Rachid f’Santa Venera. Sostna wkoll li kien spiċċa marbut ma’ siġġu b’wajer tad-dawl u dan wara li t-tnejn ftehmu biex ikollha x’jaqsmu f’attività sesswali flimkien.

Meta l-vittma ntrabat minn Rachid, bil-ġakketta titħalla ma’ l-art, l-istess Rachid ħadlu l-ġakketta kien fiha l-mowbajl u l-flus kontanti tiegħu. Minn dik il-ġakketta ttieħdu 220 ewro fi flus kontanti. Il-pulizija qalet fil-qorti li s-serqa seħħet meta t-tnejn iltaqgħu għal sess każwali, kif kienu ilhom jagħmlu sa minn Ottubru 2018, meta ltaqgħu għall-ewwel darba għas-sess fejn Rachid kien għad kellu 17 dak iż-żmien.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużat beda jhedded li jirrapporta lill-vittma lill-pulizija minkejja li dak li għamel ma kienx illegali peress li l-età tal-kunsens kienet diġà tnaqqset għal 16-il sena dak iż-żmien. L-erbgħa kollha allegatament heddew lill-vittma, u talbu ħlasijiet mensili mingħandu. Il-vittma kien qed iħallashom €150 fix-xahar għalkemm kien hemm drabi fejn talbuh aktar u hu ħallas.

L-Ispettur Zammit qal li t-talbiet għall-flus żdiedu lejn l-aħħar tax-xahar meta kienu jafu li l-vittma kien qed jirċievi l-paga tiegħu. Qal li l-vittma baqa’ jħallashom għax kien jibża’ minnhom u beża’ wkoll li kienu se jgħidu lill-familja tiegħu u lill-kollegi fl-uffiċċju dwar il-laqgħat sesswali każwali.

L-ispettur qalet li l-pulizija ma setgħetx issib lil Agius, minkejja li kienet taf li hi mfittxija mill-pulizija. Imbagħad fl-aħħar marret fil-kwartieri ġenerali tal-pulizija minn jeddha. Fil-Qorti l-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u Roderick Attard tagħat aktar dettalji fuq il-każ bix-xhieda taż-żewġ uffiċjali.

Qalu li kien il-vittma stess li għamelt rapport mal-Pulizija fit-3 Diċembru fejn l-ewwel mar l-Għassa tal-Ħamrun  fejn  spjega li kien mar fir-residernza ta’  Rachid wara li kien ltaqa’ miegħu l-Belt. Huma marru id-dar ta’ Rachid biex ikollhom attività sesswali, bl-akkużat li kien rabat lill-vittma bil-kunsens tiegħu. Waqt li kien marbut daqqlu l-mobile, b’Rashid jieħu l-wallet u l-mobile phone tal-vittma.

L-akkużat kien rabat lill-vittma b’wire abjad u fil-ġakketta bħala flus kontanti kellu 330 ewro. Huma kienu fi blokka ta’ appartamenti u sab li kellu 220 ewro neqsin. Dwar kif daħlu n-nisa fl-istorja ingħad li dawn kienu jmorru għal flus filwaqt li l-mara li isimha ma jisax jissemma’ fuq ordni tal-Qorti kienet twassal liż-żewġt irġiel akkużati biex jiġbru l-flus mingħand il-vittma.

Kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll l-allegat vittma qal li mhux dejjem l-istess persuni kienu jmorru għal flus. Spjega li dawn kienu jiġbruhgom mix-xogħol tiegħu f” San Ġwann. Ingħad li kien hemm  ħanut okkażjonijie meta kienet tkun preżenti Tereża Agius jew il-mara l-oħra. Tereża Agius kienet ġieli ċċempillu biex tmur tiġborhom hi peress li binha kien il-ħabs.  L-istorja kienet ilha sejra minn Marzu tal-2020 fuq il-150 ewro pagament fix-xahar u dan meta bidel il-job tiegħu.

Qabel kien jaħdem tas-Sliema u wara San Ġwann. Il-vittma qal li kien hemm okkażjonijiet li jirrifjuta li jħallas imma kien jispiċċa jħallas xorta waħda minħabba t-theddid.  Qal li l-aktar li jibża’ kien minn Kersten Camilleri, iżda anke minn Rachid kien jibża. Tenna li n-nisa akkużati  kienu jafu bil-każ imma qatt ma heddhewh.

Ħareġ ukoll li fl-2019 Camilleri kien tressaq l-qorti fuq akkużui simoli u kien ingħata ordni t’ protezzjoni.  Minkejja li kien hemm min fetaħ għajnejn il-vittma li għalxejn kien qed jagħti l-flus, huwa qal li kien jibża’ biża’ kbir minnhom, u l-fatt li misseru għandu aktar minn  70 sena, kien jibża’ ħafna.

L-allegat vittma anke kien jibża’ li jekk kienu se joqgħodu jmorru fejn jaħdem u jitolbuh il-flus, tax-xogħol jissuspetatw ħażin fih.  Sadanittant kemm il-prosekuzzjoni kif ukoll il-vittma qalu fil-Qorti li fit-3 ta’ Novembru għall -ħabta tal-4.00pm Kersten Camilleri ċempel lill-vittma mill-ħabs u staqsieh x’kien ġara rigward is-serqa mill-ġakketta tiegħu.

U wara li l-vittma qallu b’kollox  Kersten qallu li xorta waħda jridhom il-150 ewro, minkejja li l-vittma qallu li m’għandux minn fejn jagħtihomlu. Tenna li l-ewwel darba li l-vittma iltaqa’ ma’ Rachid kien permezz ta’ chats fuq messenger u minn hemm bdew l-attività sesswali flimkien. Dan sakemm hu u sħabu bdew jitolbuh il-flus.

Dwar is-serqa ta’ 220 ewro mill-ġakketta, il-vittma qal li 150 minnhom kienu jagħmlu parti mill-pagament filwaqt li s-70 ewro l-oħra bħala parti mill-ħlas tal-attività sesswali.

L-Avukat Arthur Azzopardi għamel talba lill-Qorti biex teħles lin-nisa akkużati u tiddikjara li ma hemmx każ prima facie li jitpoġġew taħt att ta’ akkuża u dan għaliex qal li kemm l-allegat vittma kif ukoll il-Pulizija kkonfermaw bil-ġurament li l-akkużati femminili qatt ma talbuh għal flus, kif ukoll li l-persuni li kienu qegħdin jitolbu l-flus u jhedduh allegatament huma l-akkużati rġiel.  

L-Avukat Azzpoardi qal li ħareġ ukoll li l-mara li isimha ma jistax jissemma’ fil-media kienet saħnsitra tisħaq miegħu biex ma jkomplix iħallas il-flus, lill-imputati rġiel. Qal li n-nisa qatt ma kellhom jiġu mixlija u ħareġ biċ-ċar li l-akbar biża’ kienet ġejja mill-irġiel. Il-Prosekuzzjoni ma qablitx fejn qalet li Tereża Agius mhux l-ewwel darba li talbet il-flus mingħand il-vittma filwaqt li l-mara l-oħra kienet twasslu.

L-Avukat Azzopardi rribatta billi qal li kien hemm oħrajn li bħal mara għamluha tat-taxi drivers u wasslu lill-irġiel akkużati għal flus, imma dawn ma tressqux il-Qorti. Il-Maġistrat Monica Vella ċaħdet it-talba u poġġiet lil erbgħa akkużati taħt att ta’ akkuża.  Il-kumpilazzjoni se tkompli fid-19 ta’ Jannar li ġej fl-10.10am.  

Għal Rachid deher l-avukat Franco Debono, l-avukat Arthur Azzopardi irrappreżenta lil Agius u lill-akkużat li kellha isimha pprojbit mill-pubblikazzjoni filwaqt li l-avukat Mario Mifsud kien avukat difensur ta’ Camilleri.