Terremot li mmarka 7.4 fuq l-Iskala Richter laqat il-kosta tal-provinċja ta’ Sulawesi t’Isfel, fost ix-xeni ta’ paniku u bir-residenti jevakwaw id-djar u bini oħra b’konsegwenza.Intant, l-awtoritajiet iddikjaraw li ma kienx hemm possibbiltà ta’ tsunami ( mewġ kbir tal-baħar) b’riżultat tat-terremot.
L-epiċentru tat-theżżiża kien indikat fil-Baħar ta’ Flores, bit-terremot jaffettwa r-reġjun ta’ Nusas Tenggara lejn in-nofsinar tal-Indoneżja. Ma kienu rappurtati l-ebda vittmi, iżda l-paniku, fil-ħin tat-terremot, kien kbir, bid-diversi filmati juru n-nies qed jiġru ‘il barra mill-ħwienet u bini oħra fil-belt ta’ Makassar u l-madwar.
//= $special ?>