Futbol Sport

Pierre-Emerick Aubameyang jitneħħa minn captain ta’ Arsenal

Fi stqarrija il-club ta’ Arsenal ħabbar li l-attakkant Pierre-Emerick Aubameyang m’għadux aktar il-captain tat-tim. Dan wara li ttieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu qabel il-partita ta’ Arsenal kontra Southampton nhar is-Sibt li għadda. Għalkemm ir-raġuni għaliex ttieħdu dawn il-passi dixxiplinarji m’hijiex magħrufa, il-coach Mikel Arteta saħaq li jistenna li l-plejers kollha, partikolarment il-captain, għandhom isegwu ir-regoli u jilħqu l-istandards mistennnija minnhom fil-club. Il-club żied jgħid li Aubameyang mhux se jkun parti mill-iskwadra li se taffronta lil West Ham nhar l-Erbgħa.