Lokali

Raġel iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli f’San Ġiljan

Raġel ta’ 65 sena residenti Tas-Sliema sofra feriti gravi wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar sular f’sit tal-kostruzzjoni f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm meta r-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fi Triq Alfred Gauci u għal xi raġuni waqa’ mill-għoli.

Minbarra l-Pulizija, fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku b’Ambulanza.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.