Futbol Sport

Rebħa kbira għal Man City… Norwich isofru telfa oħra

(Ritratt: EPA)

Man City kisbu rebħa komda ta’ 7-0 f’darhom kontra Leeds. Huma fetħu l-iskor fit-8 minuta meta wara żball tal-goalkeeper Ilan Meslier, kien Phil Foden li approfitta u xeħet ġewwa. Is-Citizens irdoppjaw 5 minuti wara meta minn cross ta’ Riyad Mahrez daħal tajjeb Jack Grealish li bir-ras tefa’ fix-xibka. Man City għamluhom tlieta fit-32 minuta permezz ta’ Kevin De Bruyne, b’Riyad Mahrez jiskorja ir-raba’ gowl fid-49 minuta. It-tim immexxi minn Pep Guardiola għamilhom ħamsa fit-62 minuta meta reġa kien Kevin De Bruyne li b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa ma ta l-ebda ċans lil goalkeeper isalva għal 5-0. Man City żiedu l-iskor fl-74 minuta permezz ta’ John Stones, qabel ma’ Nathan Ake skorja s-seba’ gowl bir-ras għal skor finali ta’ 7-0.

Norwich sofrew il-11-il telfa dan l-istaġun meta f’darhom kienu megħluba minn Aston Villa 2-0. Huma fetħu l-iskor fl-34 minuta meta minn pass ta’ Watkins kien Jacob Ramsey li tefa’ ġewwa. Biex imbagħad kellhom jistennew sas-87 minuta biex għalqu l-partita meta minn pass ta’ Carney Chukwuemeka kien Ollie Watkins li mill-viċin ikkonkluda fix-xibka.

Intant, il-partita skedata bejn Man Utd u Brentford ġiet posposta minħabba numru ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19 fost il-kamp ta’ Man Utd.

PREMIER LEAGUE

Illum: Brentford v Man Utd posp., Norwich v Aston Villa 0-2, Man City v Leeds 7-0 Għada:, Brighton v Wolves 8.30pm, Burnley v Watford 8.30pm, C’Palace v Southampton 8.30pm, Arsenal v West Ham 9.00pm Il-Ħamis:, Leicester v Tottenham 8.30pm, Chelsea v Everton 8.45pm, Liverpool v Newcastle 9.00pm