Futbol Sport

Rebħiet għal Venezia, Udinese u Genoa fil-Coppa Italia

Venezia għaddew għar-round li jmiss tal-Coppa Italia meta f’darhom għelbu lil Ternana bl-iskor ta’ 3-1. Huma fetħu l-iskor fid-49 minuta permezz ta’ Daan Heymans, qabel ma Ternana kisbu d-draw erba’ minuti wara permezz ta’ Stefani Pettinari. Madanakollu Venezia reġgħu marru fil-vantaġġ fis-66 minuta meta minn pass ta’ Dennis Johnsen kien Domen Crnigoj li xeħet ġewwa, bi Francesco Forte jagħmilhom tlieta fil-81 minuta.

Udinese kisbu rebħa komda ta’ 4-0 fuq Crotone. Udinese fetħu l-iskor wara 20 minuta meta kien Ignacio Pussett li kkonkluda minn pass ta’ Isaac Success. Sebastien De Maio rdoppja fit-28 minuta qabel fil-41 minuta kien Isaac Success, li skorja t-tielet gowl mill-ħdax-il metru. Huma skorjaw ir-raba’ gowl fit-62 minuta meta reġa’ kien Ignacio Pussetto li tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 4-0.

Genoa wkoll għamluha għar-round li jmiss meta fi Stadio Luigi Ferraris għelbu lil Salernitana bl-iskor ta’ 1-0. Genoa kellhom jistennew sas-76 minuta għal gowl tar-rebħa meta kien Caleb Ekuban li kkonkluda fix-xibka u assigura minn rebħa għat-tim imexxi minn Andriy Shevchenko.

COPPA ITALIA

llum: Venezia v Ternana 3-1, Udinese v Crotone 4-0, Genoa v Salernitana 1-0 Għada: Verona v Empoli 3.00pm, Cagliari v Cittadella 6.00pm, Fiorentina v Benevento 9.00pm, Il-Ħamis Spezia v Lecce 6.00pm, Sampdoria v Torino 9.00pm