Internazzjonali

Żvezja: Arresti wara l-inċident bejn il-vapuri fil-Baħar Baltiku

Żewġ persuni spiċċaw arrestati wara li vapur tal-merkanzija rreġistrat ir-Renju Unit ħabat ma’ dgħajsa iżgħar, irreġistrat id-Danimarka, ‘il hinn mill-gżira Daniża ta’ Bornholm. fil-Baħar Baltiku. L-inċident, li seħħ ukoll ‘il hinn mill-kosta tal-Iżvezja, irriżulta fil-mewt ta’ mill-anqas persuna.

Il-prosekuturi qed jinvestigaw allegazzjonijiet ta’ negliġenza fost l-ekwipaġġ tal-vapur – Scott Carrier – irreġistrat ir-Renju Unit u fejn instab li talanqas żewġ membri tal-ekwipaġġ ‘kellhom sakra kbira fuqhom’ fil-ħin tal-inċident. Iż-żewġ persuni arrestati, intant, huma Britanniku u ċittadin tal-Kroazja.

L-iskwadri tas-salvataġġ damu s-sigħat ifittxu – bil-baħar u bil-mezzi tal-ajru – għan-neqsin potenzjali wara li d-dgħajsa Daniża, bl-isem Karain Hoej, spiċċat maqluba fuq ġenb fl-inċident. Ingħad ukoll li membru tal-ekwipaġġ ta’ dan il-vapur ma deherx aktar wara l-ħabta mas-Scott Carrier.