Futbol Sport

Arsenal jitilgħu fir-raba’ post

(Ritratt: EPA)

Arsenal telgħu fir-raba’ post tal-Premier League wara rebħa dirett kontra West Ham. Kien Gabriel Martinelli li fetaħ l-iskor wara 48 minuta. Arsenal irduppjaw fis-87 minuta permezz ta’ Emile Smith-Rowe, wara li Alexandre Lacazette kien ra l-penalty tiegħu jkun salvat minn Fabianski.

F’Selhurst Park, Crystal Palace u Southampton temmew fi draw ta’ 2-2. Kienu Crystal Palace fetħu l-iskor wara żewġ minuti permezz ta’ Wilfried Zaha. Southampton dawru l-iskor favur taħghom f’temp ta’ erba’ minuti, b’gowls ta’ James Ward-Prowse u Armando Broja fit-32 u fis-36 minuta. Cyrstal Palace ġabu l-iskor indaqs fil-65 minuta permezz ta’ Jordan Ayew.

Wolves barra minn darhom kisbu rebħa ta’ 1-0 fuq Brighton. Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Romain Saiss.

PREMIER LEAGUE
Illum
: Brighton v Wolves 0-1, Burnley v Watford posp., C’Palace v Southampton 2-2, Arsenal v West Ham 2-0 Għada: Leicester v Tottenham 8.30pm, Chelsea v Everton 8.45pm, Liverpool v Newcastle 9.00pm