Lokali

“Biża’ li jkun hemm lobby għall-kummerċ tal-ħaxixa” – Caritas Malta

F’intervista ma’ Net News, l-organizzazjoni Caritas Malta kompliet tinsisti fuq it-tħassib tagħha dwar il-mod kif issa jaf jiżviluppa l-lobby tal-kummerċ tal-kannabis u kif il-liġi l-ġdida se tkun qed titfa’ aktar piż fuq l-individwi li jirkibhom dan il-vizzju. Dan apparti li jiżdied ukoll il-piż fuq dawk li jaħdmu f’dan is-settur.

“Hemm id-diżappunt fuq din is-sitwazzjoni u qed naraw il-lobby ta’ dawk li jridu jikkunsmaw il-kannabis b’mod liberu nagħtaw preċidenza. F’dan id-dawl hemm it-tħassib li llum wara dan il-pass, għada l-lobby tal-kummerċ se jimbotta aktar u jkollu aktar saħħa għal aktar ftuħ”

Id-direttur tal-Caritas Anthony Gatt esprima id-diżappunt għal mod kif kienu trattati l-esperti u l-għaqdiet volontarji, bil-Gvern ma jismax l-pariri li taw il-professjonisti u n-nies li jaħdmu f’dan is-settur.

“Ħassejna diżappunt li l-ebda emendi minn dawk li proponejna ma ġewx aċċettati”

Staqsejna wkoll lid-Direttur tal-Caritas dwar il-piż li din il-liġi se tkun qed iġġib magħha…kemm fuqhom u anke fuq is-soċjetà.

“Qed nipproteġaw li l-ammonti se jiżdied, finalment meta jiżdied n-nies li jużaw il-kannabis, se jkun hemm żieda fin-nies li jsibu l-problemi”