Chris Fearne ma jistax jibqa’ jaħsel idejh u jgħid li ma kienx jaf x’inhu jiġri. Il-pożizzjoni tiegħu ta’ Ministru tas-Saħħa kienet l-aqwa pożizzjoni biex wieħed ikun jaf li dak li kienu qed jagħmlu sħabu kien qed iweġġa’ lill-pazjenti tiegħu. M’għamel xejn. Issa għandu jerfa’ responsabbiltà għall-fatt sempliċi li meta seta’ u meta missu jaġixxi, ipprefera jaħseb għalih innifsu u qgħad kwiet.
Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mill-għaqda ‘Repubblika’ wara t-tieni rapport iebes ppubblikat mill-Awditur Ġenerali dwar l-iskandlu tal-isptarijiet li ingħataw lil Vitals u Steward.
Repubblika qalet li jekk wara dan ir-rapport nibqgħu għaddejjin qisu ma ġara xejn, inkunu qed nistiednu ‘l-gvern tal-lum u ‘l-gvernijiet futuri li flok servizzi tas-saħħa, jużaw it-taxxi tagħna biex iħaxxnu bwiethom u bwiet kuntratturi inkapaċi.
L-eżami ta’ dan l-episodju katastrofiku m’għandux jieqaf bil-perspettiva tal-awditur. Jeħtieġ eżami mill-perspettiva kriminali biex tittieħed l-eħrex azzjoni permessibbli bil-liġi, qalet Repubblika fl-istqarrija tagħha.
//= $special ?>