Futbol Sport

Christian Eriksen se jittermina l-kuntratt tiegħu ma’ Inter

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Daniż Christian Eriksen se jkun qed jittermina l-kuntratt tiegħu ma’ Inter. Eriksen ma tħalliex jilgħab fis-Serie A wara l-inċident li kellu fl-ewwel partita tal-EURO 2020 kontra l-Finlandja.

Fl-aħħar ġimgħat, Eriksen kien qed jitħarreġ waħda fil-faċilitajiet ta’ wieħed mill-eks teams tiegħu fid-Danimarka. Għad ma kienx hemm konferma jekk Eriksen hux se jkun jista’ jilgħab wara li twaħħalu defibrillator ma’ qalbu.