Coronavirus Lokali

Covid-19: 168 każ ġdid … 1,464 każ attiv

Fl-aħħar 24 siegħa instabu 168 każ ġdid ta’ Coronavirus. Fl-istess żmien 110 persuna kienu dikjarati mfejqa mill-virus. Il-każi attivi issa huma 1,464. L-aħħar darba li kellna numru daqshekk kbir ta’ każi f’24 siegħa kien fl-24 ta’ Lulju meta kienu reġistrati 171 każ.

Fortunatament ma kienx hemm vittmi fl-aħħar 24 siegħa biex in-numru ta’ vittmi baqa’ 471

Sadanittant kompla t-tilqim u sal-bieraħ inqabżu l-miljun tilqima b’161,144 ikunu mlaqqma bid-doża booster tal-vaċċin.