Futbol Sport

Empoli,Cagliari u Fiorentina javvanzaw fil-Coppa Italia

Empoli kisbu rebħa drammatika ta’ 4-3 fuq Verona biex b’hekk avvanzaw għar-round li jmiss fil-Coppa Italia. Kien Andrea La Mantia li fetaħ l-iskor wara 15-il minuta. Matteo Cancellieri ġab l-iskor indaqs wara tliet minuti. Fit-tieni taqsima, Empoli skorjaw tliet darbiet oħra, l-ewwel kien Leonardo Mancuso li għamilhom 2-1 permezz ta’ penalty, bl-istess player jagħmilhom 3-1 fis-70 minuta. Nedim Bajrami skorja r-raba’ gowl fl-74 minuta. Ivan Ilic naqqas l-iskor fis-86 minuta, biex Antonino Ragusa għamel l-iskor finali 4-3 favur Empoli. Lejn it-tmiem tkeċċa Andrea La Mantia ta’ Empoli.

F’Sardegna, Cagliari għelbu lil Cittadella 3-1. Alessandro Deiola fetaħ l-iskor għal Cagliari wara 16-il minuta. Damir Ceter għamilhom 2-0 mal-40 minuta biex Gaston Pereiro jiskor t-tielet gowl fl-64 minuta. Lejn it-tmiem, Daniele Donnarumma skorja l-gowl tal-konsolazzjoni għal Cittadella.

Fiorentina għamluha għar-round li jmiss b’rebħa fuq Benevento. Kien Nikola Milenkovic li poġġa lill-Viola fil-vantaġġ. Riccardo Sottil għamilhom 2-0 fis-47 minuta, b’Gabriele Moncini jnaqqas l-iskor għal 2-1.

COPPA ITALIA
Illum
: Verona v Empoli 3-4, Cagliari v Cittadella 1-0, Fiorentina v Benevento 2-1 Għada: Spezia v Lecce 6.00pm, Sampdoria v Torino 9.00pm