‘Il Fuq minn 100 persuna nqabdu fuq is-saqaf tal-World Trade Centre ta’ Hong Kong fejn kellhom jistennew għat-tul taż-żmien biex ikunu salvati.
Dan seħħ wara li qabdu n-nirien f’kamra partikulari, bil-fjammi jinfirxu għall-iscaffolding ta’ madwar il-bini li bħalissa qed ikun suġġett għal renovazzjoni.
Intant, il-pulizija ta’ Hong Kong ikkonfermaw li fin-nirien weġġgħu talanqas għaxra li ttieħdu l-isptar għall-kura. Madankollu, ma kienu rappurtati l-ebda mejtin, bil-ħidma tas-salvataġġ tkompli tul il-ġurnata u bl-aħħar rapporti jgħidu li spiċċaw evakwati ‘il fuq minn 150 ruħ.
//= $special ?>