Lokali

“Imisskom tistħu… poplu iftaħ għajnejk u semma’ leħnek”

L-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Ħal Tarxien, Fr Christopher Ellul, permezz ta’ post fuq Facebook esprimew ir-rabja u dispjaċir tiegħu wara email li rċieva wara li bagħat il-permess sabiex tkun tista’ ssir il-purċissjoni bil-bambin, xi ħaġa tradizzjoni f’dawn iż-żminijiet.

Fl-email tiegħu, Fr Ellul saħaq li “Qed nitlob il-permess wara li daħħalt l-applikazzjoni tar-risk assessment on line, biex nagħmel id-dimostrazzjoni bil-bambin mat-toroq tal-Parroċċa.” Huwa kompla jistqarr li “ser jittieħdu l-miżuri mitluba”.

Propju illum, 5 t’ijiem wara li ntbgħatet din l-email, Fr Ellul irċieva risposta li tisħaq li waqt din il-purċissjoni ser ikun neċessarju l-użu tal-barriers.

Fil-post fuq Facebook, l-Arċipriet saħaq “soċjetà bla sinsla…bil-barriers issa?? Fejn tridu bil-barriers, postijiet oħra juru mod ieħor, imiskom tistħu….ejjew ċaċpu u ippużaw għar-ritratti issa ta…Poplu iftaħ għajnejk u semma’ leħnek”