“Imisskom tistħu”
“Sar kollox qisu xejn mhu xejn”
“Jum iswed għal pajjiżna”
“Kollox nagħmlu għal voti”
“Pajjiżna qed tirranġawh għall-frisk”
Dawn kienu uħud mill-ħafna messaġġi li spikkaw fuq Facebook wara li fuq il-media socjali, il-Ministru Owen Bonnici kien qed jiġi intervistat mis-sit Lovin Malta… ftit biss ħin wara li fil-Parlament il-Liġi dwar tal-użu tal-kannabis għaddiet mill-istadju tat-Tielet Qari, b’36 vot favur u 27 kontra.
Id-Deputati kollha tal-Gvern ivvutaw favur din il-liġi kontroversjali, filwaqt li d-Deputati tal-Partit Nazzjonalista kienu kollha magħqudin fil-vot tagħhom u vvutaw kontra, sabiex jipproteġu lil dawk l-aktar vulnerabbli, specjalment it-tfal u ż-żgħażagħ.
U malli Owen Bonnici tfacca bla maskra barra l-Parlament biex jiccelebra dak li għamel il-Gvern tiegħu, kienu ħafna dawk li wrew id-dispjaċir u r-rabja tagħhom għall-mod kif l-Gvern baqa’ għaddej romblu minn fuq kulħadd …u ġie jaqa’ u jqum minn x’jaħsbu diversi professjonisti, għaqdiet u fuq kollox is-soċjeta’ ingenerali fuq il-liġi tal-kannabis.
Filwaqt li l-Ministru Owen Bonnici ftaħar li Malta hija l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li għaddiet din il-liġi u mistennija tiliberalizza l-użu tal-kannabis … diversi persuni fuq is-social media qalulu li dan hu mument ta’ mistħija għal Malta u ħadd m’għandu jħossu kburi b’din il-bravura li wettaq il-Gvern Laburista.
Persuna kitbet li din “il-way forward” tal-Labour se titfa lil pajjiż lura bħal granċ.. u dak li bnew missierijietna … il-Gvern Laburista ħattu f’minuta…
Persuna oħra qalet li l-Prim Ministru flimkien mal-Ministri l-oħra li imbuttaw din il-liġi ‘l quddiem ħaqqhom medalja għall-istupitaġni.
Diversi wrew id-dispjaċir tagħhom għall-fatt li uliedhom li se jkollhom jikbru f’ġenerazzjoni fejn qed isir kollox qisu xejn m’hu xejn… bl-appelli lejn il- President ta’ Malta ikomplu jikbru, sabiex ma jiffirmax din il-liġi.